MEPs jappellaw għall-protezzjoni ta’ Robert Aquilina

26.04.2023 16:11

MEPs jappellaw għall-protezzjoni ta’ Robert Aquilina

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

L-attiviżmu ta’ Dr Robert Aquilina m’għandux jonqos minħabba t-theddid vjolenti kontra l-ħidma tiegħu. Hekk stqarru l-Ko-Chairpersons tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Media tal-Parlament Ewropew David Casa u Ramona Strugariu, hekk kif appellaw sabiex tingħata protezzjoni effettiva lilu u lill-familja tiegħu.

Il-MPE, komplew biex jgħidu li l-Istat Malti huwa obbligat li jżomm ambjent sigur u li jippromwovi l-libertà tal-espressjoni u d-diskors politiku. Dan jgħodd b’mod partikolari wara li ġew żvelati kwistjonijiet sistemiċi li ġew identifikati mill-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li kienet fil-mira b’impunità għar-rappurtar tagħha dwar il-korruzzjoni.

Ma kien hemm l-ebda sforz konkret sabiex tiġi miġġielda dik il-klima politika milli tippersisti għad-detriment tad-dibattitu pubbliku b'saħħtu. It-theddid fuq Dr Aquilina, fuq martu, u fuq uliedu għadu għaddej u dan anke minħabba l-attiviżmu tiegħu, u riċentament bil-ktieb li huwa ppubblika li jiddokumenta l-korruzzjoni, u l-abbuż tal-poter.

Billi d-dritt għal-libertà tal-kelma, ta’ Dr Robert Aquilina qegħda tiġi mrażżna bla bżonn minn theddid, għandha tingħata protezzjoni effettiva lilu u lill-familja tiegħu. Barra minn hekk, f'konformità mal-istandards internazzjonali biex jissaħħaħ l-attiviżmu, il-Gvern Malti għandu jżomm lura minn kampanji ta' tgħajjir u għandu jaġixxi fil-pront kontra kull tip ta’ theddid.

David CASA 
Ramona STRUGARIU

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'176 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat