Niżguraw il-Futur tal-Ewropa: Front Wieħed Kontra t-Terroriżmu u l-Kriminalità Organizzata

15.02.2024

Niżguraw il-Futur tal-Ewropa: Front Wieħed Kontra t-Terroriżmu u l-Kriminalità Organizzata

Police patrol lights on car roof

“Terrorist jattakka suq tal-Milied”; “seħħet sparatura relatata mal-gangs fiċ-ċentru tal-belt”; “jinkixef ċirku ta' abbuż tat-tfal”. Kull meta naraw avvenimenti bħal dawn fuq l-aħbarijiet, ilkoll nistaqsu lilna nfusna, "Imma kif jistaw iseħħu dawn l-affarijiet?" Iżda, fil-verità: dawn l-affarijiet jiġru ħafna. 75 miljun ruħ fl-Unjoni Ewropea jinsabu vittmi tal-kriminalità kull sena, u aktar minn hekk, 30 attakk terroristiku jew tlestew b’suċċess, jew fallew, jew ma sarux. Wara kull statistika, hemm bniedem. Xi ħadd li ħajtu nbidlet għal dejjem mill-azzjonijiet ta’ 'netwerks kriminali u terroristiċi’. 

Dawn in-netwerks jeżistu mhux minkejja l-fruntieri Ewropew, iżda minħabba fihom. Is-suq uniku tagħna u l-libertà tal-moviment huma r-raġuni ewlenija għaliex netwerks kriminali jistgħu joperaw u jwettqu r-reati tagħhom, li jinkludu terroriżmu, traffikar tad-droga, sfruttament sesswali tat-tfal jew kriminalita diġitali. Dawn huma sfidi Ewropej u għalhekk jeħtieġ li jinstabu soluzzjonijiet Ewropej. 

Biex niġġieldu l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, il-Grupp PPE jipproponi li Europol tiġi trasformata f’‘Eurocops’, aġenzija tal-pulizija li taħdem bis-sħiħ b’setgħat ta’ infurzar lil hinn mill-fruntieri interni Ewropej. Huwa biss bil-forza ta’ pulizija Ewropea, li nistaw inżommu rendikont tas-suspettati terroristiċi li kontinwament qegħdin jaqsmu bejn il-fruntieri Ewropej b'mod regolari u ħieles. Għal dan il-għan, irridu niżguraw ukoll li dawk li jinsabu maħrubin mill-liġi, ma jinqdewx bit-teknikalitajiet u d-differenzi legali bejn l-Istati Membri biex ikomplu jaħarbu mill-ġustizzja. It-titjib tal-qsim tal-informazzjoni operattiva bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u l-iżgurar tal-infurzar tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew huma kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità lil hinn mill-fruntieri interni Ewropej. In-netwerks tal-kriminalità joperaw f'diversi setturi. Huwa għalhekk li t-tfixkil fil-qligħ finanzjarju tagħhom għandu jkun prijorità. L-‘Eurocops’ għandhom ikollhom l-għodod kollha meħtieġa sabiex ‘isegwu l-flus’ u biex ta’ malajr jikkonfiskaw il-profitti minn attivitajiet illegali. L-irkupru tal-fondi, kif ukoll il-qbid preventiv, bbażat fuq il-valur tal-assi, huwa mod ċar kif nistgħu niskoraġġixxu n-netwerks kriminali organizzati. 

Il-Grupp PPE jipproponi li Europol tiġi trasformata f’‘Eurocops’, aġenzija tal-pulizija li taħdem bis-sħiħ b’setgħat ta’ infurzar lil hinn mill-fruntieri interni Ewropej. Huwa biss bil-forza ta’ pulizija Ewropea, li nistaw inżommu rendikont tas-suspettati terroristiċi li kontinwament qegħdin jaqsmu bejn il-fruntieri Ewropej b'mod regolari u ħieles.

Irridu nkomplu nlaħqu ma’ kif dawn in-netwerks qiegħdin jkomplu jevolvu. Hekk kif id-dinja tagħna qiegħda ssir aktar u aktar interkonnessa, l-gruppi tal-kriminalità organizzata identifikaw modi ġodda sabiex jagħmlu l-flus, inkluż permezz taċ-ċiberkriminalità. L-attakki tagħhom, kemm fuq il-ħajja diġitali privata tagħna, kif ukoll fuq l-infrastruttura diġitali kritika, għandhom konsegwenzi reali għaċ-ċittadini: Il-Pensjonanti li jitilfu ġidhom li ilhom ifaddlu għall-kumplament ta’ ħajjithom minħabba frodi tal-karti ta’ kreditu, sptarijiet li ma jistgħux jiffunzjonaw minħabba estorsjoni diġitali, tfal li ġew abbużati, bl-abbuż tagħhom jkompli jiċċirkola kontinwament onlajn. Biex niġġieldu din it-tip ta' ċiberkriminalità, il-Grupp PPE qed jipproponi Brigata Diġitali li topera madwar l-Ewropa. Huwa inaċċettabbli li netwerks kriminali jkollhom teknoloġija aktar avvanzata mill-gvernijiet tagħna. Neħtieġu esperti Ewropej li jaħdmu flimkien sabiex isibu lil dawk ħatja, jipproteġu lill-vittmi, u jfixklu l-mudell kummerċjali taċ-ċiberkriminalità. Irridu wkoll inħallu lill-kumpaniji diġitali biex jużaw it-teknoloġija kollha disponibbli għalihom sabiex jiskopru u jneħħu kontenut illegali li tpoġġa fuq is-suq online minn kriminali biex jagħmlu l-flus minn materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal. 

Il-proġett Ewropew huwa mfassal mill-valuri fundamentali tad-demokrazija: il-libertà, l-ugwaljanza, u l-istat tad-dritt. L-organizzazzjonijiet kriminali u terroristiċi huma kontra dak kollu li nemmnu fih aħna. Bil-għan li jsegwu l-bżonnijiet tagħhom, huma jemmnu li għandhom id-dritt li jfixklu ħajjitna sakemm jiggwadanjaw lira. Jekk l-Ewropa hija darna, irridu nkunu l-gwardjani tagħha u nipproteġuha mit-theddida ta’ dawn il-kriminali. Billi nipprijoritizzaw azzjoni fuq livell Ewropew u nsaħħu l-kapaċitajiet tagħna biex ninfurzaw il-liġi, nistgħu negħlbu l-forzi li jfittxu li jrawmu l-biża’ fiċ-ċittadini tagħna u jheddu s-sigurtà kollettiva tagħna. 

Seznamte se s vizí skupiny EPP pro jednotnou a bezpečnou Evropu, ekonomicky silnou a sociálně odpovědnou. Usilujeme o to, aby každý Evropan bez ohledu na svůj původ dostal šanci vydělat si na živobytí a osvojit si evropský způsob života. Více o prioritách skupiny EPP najdete zde: Evropa, která VÁS chrání

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'177 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat