Zammit Dimech iqajjem tħassib dwar sajjieda rikreattivi Maltin fil-Parlament Ewropew

13.06.2018 9:25

Zammit Dimech iqajjem tħassib dwar sajjieda rikreattivi Maltin fil-Parlament Ewropew

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

"L-użu ta’ mollijiet għal skopijiet privati ​​jfisser li s-sajjieda ta' rikreazzjoni qed isibuha diffiċli biex jipprattikaw l-isport tagħhom." Il-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech għamel dawn ir-rimarki waqt dibattitu fil-Plenarja dwar is-sajjieda rikreattivi fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Huwa żied li s-sajjieda kienu mħassba dwar ghost fishing - meta xbieki abbandunati jservu ta' nassa u jeqirdu bosta ħut - u bl-impatt ambjentali li jitħalla fuq l-ambjent tal-baħar li jkolli effett negattiv fuq l-abbundanza tal-ħut. F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jsir aktar sforz fir-rigward tal-immaniġġjar ta' skart inkluż tixrid ta’ żejt viċin il-marini u biex jiġi rkuprat skart li jinstab fil-baħar, inkluż xbieki abbandunati. Zammit Dimech qal li matul l-aħħar ġimgħat iltaqa’ mal-erba' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sajjieda, il-Federazzjoni għas-Sajjieda Rikreazzjonali u sajjieda oħra biex jitgħallem aktar dwar l-isfidi u l-proposti tagħhom għas-settur.

Ir-rapport jagħmel enfasi fuq in-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli fir-rigward tar-reġjun tal-Mediterran. Zammit Dimech laqa’ l-kollaborazzjoni bejn il-Federazzjoni tas-Sajjieda Maltin u l-Università ta' Malta u qal li l-ġbir tal-informazzjoni kien kruċjali biex jiżgura li l-miżuri politiċi adottati fil-ġejjieni jkunu bbażati fuq informazzjoni korretta.

Huwa żied li s-settur kellu jiġi appoġġjat aktar, inkluż permezz tal-fondi tal-UE peress li jiġġenera impjiegi bħal dawk relatati ma’ ħwienet żgħar li joffru servizzi lil sajjieda ta' rikreazzjoni. Barra minn hekk, din hija opportunità biex tingħata spinta lit-turiżmu sostenibbli u tiġġenera impjiegi għal komunitajiet żgħar tal-kosta u għal gżejjer bħal Għawdex.

Zammit Dimech laqa’ l-inizjattivi varji li ħadu s-sajjieda rikreattivi f'termini ta' sostenibbiltà inkluż il-fatt li l-metodu tal-qbid u r-rilaxx (catch and release) huma pprattikati, u jittieħdu miżuri oħra biex jiġi eskluż li l-ħut żgħir jinqabad.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat