“Ma hemmx skużi” - l-MEP David Casa

05.11.2018 18:27

“Ma hemmx skużi” - l-MEP David Casa

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
David Casa MEP
Traduzzjoni
Select language:

“Attakk ikkordinat ibbażat fuq fabrikazzjonijiet mmexxi minn dawk li jridu jwaqqfuni milli nkompli xogħli”

Stqarrija mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa

“Ma ninsabx ixxukkjat mir-rivelazzjonijiet tal-lum dwar min vera kiteb l-ittri tal-“whistleblower”. Kien ċar li wara l-ħidma tiegħi fuq ir-rapport tal-FIAU li jsejjaħ għall-azzjoni mill-pulizija kontra Konrad Mizzi, spiċċajt fil-mira. Imma dan il-livell ta’ kollużjoni, qerq u fabbrikazzjoni tal-“aħbarijiet” hu bla preċedent u ma hemmx skużi għalih.

Din ir-rivelazzjoni mhux każ iżolat. U kompla jesponi il-mira sistematika fuq min jikkritika lill-Gvern minn media li suppost tkun indipendenti, imma li titmexxa mill-ordnijiet ta’ Kastilja.

“Dan il-fabbrikazzjoni ta’ stejjer bla sens mhux ġurnaliżmu investigattiv. Jien ħdimt bla heda biex nipproteġu l-ġurnaliżmu investigattiv. U se nkompli nikkommetti ruħi għal din il-kawża issa aktar minn qatt qabel. Pajjiżna għandu bżonn ġurnalisti professjonali li jfittxu l-verità. Jien naf li l-maġġoranza tal-ġurnalisti Maltin huma onesti, u ninkoraġġihom biex ikomplu bil-ħidma importanti tagħhom.

 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.