Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea se jiltaqa’ man-negozjanti Maltin

26.02.2019 9:01

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea se jiltaqa’ man-negozjanti Maltin

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mill-Impjiegi, t-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività Jyrki Katainen se jingħaqad mal-MEP Roberta Metsola, u flimkien se jindirizzaw Business Breakfast li qed torganizza man-negozjanti, stakeholders u rappreżentanti tal-industrija f’Malta u Għawdex.

Meta kienet qed tħabbar l-attività, l-MEP Metsola qalet: “Nirringrazzja lill-Viċi President Katainen talli aċċetta l-istedina li għamiltlu. Din hi opportunità għall-istakeholders u n-negozji Maltin u Għawdxin biex jiddiskutu l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw biex jakkwistaw fondi Ewropej u r-realtajiet biex imexxu negozju f’pajjiżna. Din hi okkażjoni importanti wkoll għall-Kummissjoni Ewropea biex tesperjenza mill-viċin t-tħassib li għandhom l-istakeholders Maltin u biex ikun assigurat li dan it-tħassib jittieħed inkonsiderazzjoni għaċ-ċiklu finanzjarju li jmiss.”

Il-Business Breakfast, bl-isem ta’ “Inressqu l-Pjan tal-UE għall-Investiment fl-SMES u l-industrija lejn Malta”, se jsir it-Tlieta 5 ta’ Marzu 2019 fit-0830hrs l-lukanda Excelsior il-Furjana. Minbarra diskorsi mill-Viċi President tal-Kummissjoni u mill-MEP Metsola, l-attività se tinkludi wkoll sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-parteċipanti u l-Kummissarju Katainen. Il-postijiet huma limitati u għalhekk dawk interessati li jattendu għandhom jirriżervaw post billi jibgħatu email fuq info@robertametsola.eu jew iċemplu fuq 99240514.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat