Il-korruzzjoni hi l-antiteżi tal-UE – Metsola

23.01.2019 14:28

Il-korruzzjoni hi l-antiteżi tal-UE – Metsola

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

Il-korruzzjoni hi l-oppost tal-valuri li tirrapreżenta l-Unjoni Ewropea, u għalhekk il-Parlament Ewropew hu mħasseb dwar dak li qed jiġri fir-Rumanija.

Waqt li kienet qed titkellem f’dibattitu ta’ Kumitat dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Rumena, il-Membru tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li l-Unjoni Ewropea għandha tiġġieled kontra l-korruzzjoni b’kull mezz possibbli, għax inkella l-proġett politiku jitpoġġa f’riskju.

Hi u tindirizza l-Ministru tal-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Intern, Roberta Metsola nsistiet li post ir-Rumanija għandu jkun fiċ-ċentru tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’perjodu fejn qed imexxi l-Presidenza tal-Kunsill Ewropew. “Il-Presidenza għandha tkun ta’ eżempju għall-valuri Ewropej kemm fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda anke mal-bqija tad-dinja,” qalet Metsola.

Bħala Koordinatriċi tal-Grupp tal-PPE fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili, l-Ġustizzja u l-Intern, Roberta Metsola qalet “Il-poplu Rumen hu kburi li hu ċittadin Rumen, iżda wkoll kburi li hu Ewropew, u għalhekk l-Unjoni Ewropea tfisser protezzjoni u garanzija tal-istess valuri. Il-Parlament Ewropew se jibqa’ jiddefendi dawn il-valuri u se jibqa’ jkun viċin il-poplu Rumen, u l-popli l-oħra Ewropej.”

Tista' ssegwi d-diskors tal-MEP Metsola hawnhekk.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.