Tibdiliet proposti minn Peter Agius biex inaqqsu d-direct orders dubbjużi isibu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-MPE

16.09.2025 12:11

Tibdiliet proposti minn Peter Agius biex inaqqsu d-direct orders dubbjużi isibu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-MPE

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Peter Agius
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Regoli tal-UE dwar proċeduri ta’ akkwist pubbliku, li dalwaqt jiġu fis-seħħ, huma mistennija jinkludu l-obbligu li l-awtoritajiet pubbliċi jiġġustifikaw r-raġuni wara direct orders, fuq t-talba tal-MPE għal aktar trasparenza.

Il-proposta tal-MPE Peter Agius għal-ġustifikazzjoni raġunata ta’ direct orders sabet l-appoġġ ta’ 432 MPE minn diversi gruppi politiċi bħala parti mir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Proċeduri ta’ Akkwist Pubbliku adottata fi Strasburgu l-ġimgħa l-oħra.

Il-proposta ta’ Agius tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jippublikaw notifika bir-raġunijiet speċifiċi għalfejn għażlu li jagħtu direct order meta jagħżlu li jagħmlu dan flok ma joħorġu sejħa publika għal offerti.

‘Flus il-poplu għandhom jintużaw b’mod trasparenti u mhux bħala ħlas fi ftehim korrott. Bħalissa, f’Malta, l-awtoritajiet u l-ministeri spiss qegħdin jabbużaw mid-direct orders biex iduru mar-regoli tal-UE għal kompetizzjoni miftuħa u trasparenti,’ qal l-MEP Agius.

‘Wasal iż-żmien li din il-lakuna titneħħa u l-awtoritajiet pubbliċi pubblikament jagħtu raġunijiet validi għall-ogħti ta’ direct orders. In-negozju onest jiggwadanja minn dan u tiżdied il-kompetizzjoni ġusta. Il-poplu li jħallas it-taxxi jirbaħ għax ikun hemm aktar sorveljanza demokratika u finanzjarja fuq l-użu tal-fondi pubbliċi. 

Ninsab kuntent li l-proposti tiegħi ntlaqgħu b’maġġoranza mill-gruppi politiċi kollha. Nibqa’ nimbotta biex dawn il-proviżjonijiet jiġu implimentati fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva tal-UE.

Tista’ taqra r-riżoluzzjoni sħiħa hawnhekk:

https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-10-2025-0174_EN.pdf

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'188 Membru mill-Istati Membri kollha.

Kontenut relatat