Casa jiddefendi s-sistema tat-taxxa ta’ Malta

25.03.2019 18:39

Casa jiddefendi s-sistema tat-taxxa ta’ Malta

Avviż importanti
Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.
Video picture
Traduzzjoni
Select language:

“Jien dejjem inkun fuq quddiem biex niġġieled kontra l-korruzzjoni. Imma se nuża l-istess enerġija u determinazzjoni kontra dawk li qed jinsistu li jressqu proposti biex ibiddlu s-sistemi tat-taxxa madwar l-Ewropa. Dawn il-proposti jistgħu jħallu impatt negattiv fuq bosta ċittadini fl-UE, inkluż dawk li nirrapreżenta.”

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal dan waqt li kien qed jikkonkludi diskors fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, waqt dibattitu fil-plenarja dwar rapport li ġie konkluż mill-Kumitat għall-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa, li l-vot dwaru se jittieħed għada.

David Casa qal li numru ta’ proposti ġejjin mix-xellug se jillimitaw il- flessibilità tal-pajjiżi li jieħdu d-deċiżjonijiet huma fuq is-sistemi tat-taxxa rispettivi. “Ma nistgħux naċċettaw proposti li jillimitaw is-sovranità nazzjonali fuq it-tassazzjoni, u se nkunu qed nivvutaw kontrihom,” qal Casa. 

L-MEP Casa rrefera wkoll għal numru ta’ klawżoli fir-rapport li jinsistu fuq protezzjoni tal-ġurnalisti, kif ukoll numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jiġġieldu l-korruzzjoni. “Hu dmirna li niddefendu liċ-ċittadini. Dan hu xogħolna. Għalhekk irridu nkunu sodi kontra l-korruzzjoni u l-abbuż tal-poter. Hu għalhekk li rridu nipproteġu lill-ġurnalisti u l-libertà tal-midja.”

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.