It-tranżazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-Bank Pilatus għandhom jitqiesu bħala suspettużi

23.03.2018 12:54

It-tranżazzjonijiet kollha li joriġinaw mill-Bank Pilatus għandhom jitqiesu bħala suspettużi

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa għadu kif kiteb lill-Egmont Group jinfurmah bl-aħħar żviluppi dwar l-arrest taċ-Chairman u l-UBO tal-Bank Pilatus.

Fid-dawl ta’ dawn l-aħħar żviluppi, kif ukoll quddiem l-evidenza ċara tal-involviment tal-Bank Pilatus f’attività kriminali, David Casa talab li Egmont Group jinforma lill-membri tiegħu - Financial Intelligence Units - li kull tranżazzjoni li toriġina mill-Bank Pilatus għandha tkun immarkata bħala suspettuża u tiġi investigata.

Egmont Group hu organu ta’ 155 Financial Intelligence Unit, li jiprovdi pjattaforma għal skambju sigur ta’ kompetenza fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat