Tikber il-pressjoni fuq it-Turkija biex jaqgħu l-akkużi kontra Pelin Ünker

28.03.2019 11:55

Tikber il-pressjoni fuq it-Turkija biex jaqgħu l-akkużi kontra Pelin Ünker

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

MEPs minn gruppi politiċi differenti fil-Parlament Ewropew qed jinsistu li jitwaqqgħu l-akkużi kontra l-ġurnalista investigattiva Pelin Ünker. Numru ta’ akkużi saru kontra l-ġurnalista wara li rrapportat fatti li ħarġu mill-Paradise Papers. Dawk li għamlu dawn l-akkużi kkonfermaw li l-fatti rrapportati minn Ünker huma veru.

Dikjarazzjoni iffirmata minn 66 MEP tiddeskrivi dawn l-akkużi kontra Ünker bħala “daqqa oħra għal-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni fit-Turkija.” Ünker ingħata sentenza ta’ 13-il xahar ħabs u mmultata ₺8,860 għal malafama u insulti f’każ minnhom, u ₺30,000 f’każ ieħor, waqt li għaddejjin proċeduri legali oħrajn.

Ünker żaret Malta ġimgħatejn ilu bħala mistiedna tal-MEP David Casa. Fiż-żjara tagħha, hi ltaqgħet ma’ attivisti u ġurnalisti, fejn qasmu l-esperjenzi tagħhom fuq l-isfidi internazzjonali dejjem jikbru dwar il-libertà tal-midja. Ünker indirizzat ukoll il-vġili ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal: “Nikkundanna l-mod kif ġiet trattata Pelin Ünker mill-awtoritajiet Torok. Dawn l-akkużi krudili għandhom jitwaqqgħu mill-aktar fis. Il-ġurnalisti m’għandhomx ikunu vittmi ta’ dan it-trattament għax jagħmlu xogħolhom. Il-Parlament Ewropew se jkompli jsegwi mill-viċin il-każ ta’ Pelin Ünker.”

Il-każ kontra Pelin Ünker se jkompli llum waranofsinhar f’Istanbul.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat