“Qed jiżviluppa l-agħar xenarju għall-Bank Pilatus” - il-Bank Pilatus

24.05.2018 9:08

“Qed jiżviluppa l-agħar xenarju għall-Bank Pilatus” - il-Bank Pilatus

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

L-MFSA għandha tippubblika ‘r-rapport internazzjonali’ li kienet ikkummissjonat dwar il-Bank Pilatus b’mod immedjat

Wara s-siltiet tad-dokumenti tal-Qorti preżentati bil-prosekuturi fl-Istati Uniti, u żvelati mill-MP tal-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina, l-MEP David Casa qal:

“Mhux biss għandna provi ċari li l-Bank Pilatus kien involut f’attività kriminali, b’mod partikolari b’ħasil ta’ flus għaċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u dawk viċin tiegħu, kif ukoll għar-reġim tal-Ażerbajġan, imma issa ġie żvelat ukoll li flus mill-kriminalità ntużaw biex jitwaqqaf il-Bank Pilatus.”  

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ġibed l-attenzjoni dwar suspetti b’saħħithom dwar minn fejn ġie l-kapital biex jitwaqqaf dan il-bank, f’ittri lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, il-Moneyval u l-MFSA. Waqt laqgħa mal-MEPs fil-Kumitat TAX3, rappreżentanti tal-MFSA nfurmaw lill-MEPs li waqt il-proċess ta’ due diligence, l-Awtorità kienet qabdet kumpanija barranija indipendenti biex tagħmel rapport dwar il-Bank Pilatus. L-MFSA ma reditx tikxef l-identità u telabora aktar dwar il-kontenut ta’ dan id-dokument.   

“L-MFSA messha proteġiet is-settur finanzjarju ta’ Malta, imma minflok ħalliet il-bankier ta’ Keith Schembri biex jiftaħ bank, u jwettaq attività kriminali b’impunità. Jekk dan ir-rapport li l-MFSA qed tgħid li għamlet, jeżisti, għandha tippubblika b’mod immedjat. Jista’ jkun li ttaffi l-ħsara kbira li din il-ħaġa qed tagħmel lir-reputazzjoni tal-MFSA, u tista’ tistabbilixxi jekk dan kienx każ ta’ negliġenza jew kompliċità. Li hu żgur li hu każ ta’ waħda jew l-oħra.” 

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat