Liġi Ewropea kontra l-ISLAPP issa saret aktar urġenti – David Casa

10.04.2018 9:25

Liġi Ewropea kontra l-ISLAPP issa saret aktar urġenti – David Casa

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Wara li lbieraħ filgħaxija, l-Gvern Malti, permezz tal-Ministru Owen Bonnici, vvota kontra emenda tal-Oppożizzjoni mressqa mid-Deputat Jason Azzopardi, li kienet tinsisti biex ġurnalisti Maltin ikunu protetti kontra l-ISLAPP, issa, direttiva Ewropea dwar dan saret aktar urġenti.

Fix-xhur li għaddew, ġurnalisti Maltin spiċċaw vittmi ta’ proċeduri legali minn entitajiet bħall-Bank Pilatus u Henley & Partners, f’ġurisdizzjonijiet barra minn Malta - bħall-Istati Uniti - permezz ta’ prattiċi abbużivi u li huma ta’ theddida għall-libertà tal-media.

Kien għalhekk li dalgħodu stess, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa kkomunika mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans biex jinfurmah bl-aħħar żviluppi li seħħew fil-Parlament Malti, kif ukoll biex iżid il-pressjoni tiegħu biex il-Kummissjoni Ewropea tiproponi liġi Ewropea sax-xahar id-dieħel.

Kopja tal-ittra mibgħuta mill-MEP David Casa qed tiġi annessa ma’ din l-istqarrija.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat