L-airshow terġa' titħassar: Konrad Mizzi jikser rekord

26.02.2019 8:34

L-airshow terġa' titħassar: Konrad Mizzi jikser rekord

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Airplane
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Francis Zammit Dimech jesprimi diżappunt wara li l-airshow tħassret għat-tieni sena konsekuttiva. Din hi niċċa li tolqot bosta dilettanti tal-avjazzjoni Maltin, familji li jkunu qed jistennew dan l-appuntament biex joħroġu lit-tfal ħalli jaraw l-ispettaklu kif ukoll tattira bosta turisti ta’ kwalità lejn pajjiżna.

L-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech qal li hu ta’ ħasra kif fl-aħħar xhur smajna b’mod ripetut kif is-Soċjeta tal-Avjazzjoni Maltija ma kinitx qed issib appoġġ sabiex torganizza l-airshow. Hu fakkar kif fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti, inkluż meta hu serva bħala Ministru tat-Turiżmu, l-airshow kienet issir sena wara l-oħra mingħajr ma qatt falliet darba. Anzi, l-Gvern kien joffri l-appoġġ tiegħu biex din l-attività issir. Hu qal li meta s-Soċjeta tal-Avjazzjoni Maltija kienet talbitu l-għajnuna hu kien offra sapport biex l-attività tidħol fil-kakendarju turistiku ta' pajjiżna.

Ara t-tweet tal-MEP Francis Zammit Dimech is-sena li għaddiet.

Zammit Dimech żied jgħid li kemm ilu Ministru Konrad Mizzi kiser rekord, dak li fis-sentejn li ilu Ministru tat-Turiżmu, l-airshow ma saritx għal sentejn konsekuttivi. Zammit Dimech qal li se joffri kull appoġġ sabiex taħt Gvern Nazzjonalista l-airshow terġa' ssir appuntament annwali għall-benefiċċju tad-dilettanti tal-avjazzjoni, l-familji Maltin u Għawdxin kif ukoll b’risq dawk kollha li jaħdmu fil-qasam turisitku.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'217 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat