Id-deċiżjoni dwar l-estradizzjoni tal-Whistleblower tal-Bank Pilatus hi imminenti

12.04.2018 12:00

Id-deċiżjoni dwar l-estradizzjoni tal-Whistleblower tal-Bank Pilatus hi imminenti

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Pilatus Bank HU FIĊ-ĊENTRU TA' KORRUZZJONI U KRIMINALITà FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU - David Casa

Aktar kmieni llum, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew, l-MEP David Casa, xehed quddiem il-Qorti Griega fil-każ tal-estradizzjoni tal-whistleblower tal-Bank Pilatus Maria Efimova.

Bħala sors ta’ Daphne Caruana Galizia, Maria Efimova żvelat informazzjoni dwar ħasil ta’ flus bil-Bank Pilatus u li jinvolvi persuni relatati mal-politika fl-Ażerbajġan u Malta.

Fix-xhieda tiegħu, l-MEP Casa ppreżenta l-provi li jirrelataw il-Bank Pilatus mal-attività kriminali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-Qorti analizzat id-diversi rapporti tal-FIAU. David Casa wkoll irrefera għar-rapport tal-FIAU li jinsab fil-pussess tiegħu u li fih dettalji tal-involviment ta’ Konrad Mizzi f’attività kriminali.

David Casa qal: “Konrad Mizzi għadu fil-kariga minkejja r-rivelazzjonijiet fil-Panama Papers. Ir-rapport tal-FIAU li jinsisti għal azzjoni mill-Pulizija nħeba mill-awtoritajiet Maltin. Din hi prova ċara tal-ħtif politiku tal-istituzzjonijiet. Hi wkoll evidenza ta’ kemm lesti jieħdu miżuri drastiċi biex jiproteġu l-kriminali fil-poter - l-istess nies li huma inkriminati mill-informazzjoni fil-pussess ta’ Maria Efimova.”

Hu rrefera għall-arrest riċenti fl-Istati Uniti taċ-Chairman tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hashemi Nejad, u r-relazzjoni tiegħu mal-uffiċjali għolja tal-Gvern Malti, li jinkludu l-Prim Ministru Joseph Muscat u ċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.

“Bħala whistleblower, Maria mhux biss ma kenitx protetta, imma l-identità tagħha inkixfet mill-istess Gvern - dan hu eżempju ċar ta’ kemm is-sigurtà tagħha kienet f’periklu. Il-Gvern Malti għamel kampanja aggressiva u kattiva biex jiskreditha. L-imħuħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għadhom barra mas-saqajn. Maria kienet kruċjali għax-xogħol ta’ Daphne u l-informazzjoni li tat ġiet ippruvata li kienet korretta. Hi biex se tkun sigura qabel il-qattiela ta’ Daphne ssir ġustizzja magħhom,” qal Casa.

David Casa ntalab jixhed mit-tim legali ta’ Maria Efimova.

Wara x-xhieda tiegħu, David Casa qal: “Maria għandha l-appoġġ tiegħi u tal-Parlament Ewropew. Aħna għandna l-obbligu li niddefendu u niproteġu l-whistleblowers. Maria kixfet il-ħażin b’riskju kbir għaliha. Ir-rabta ta’ kriminalità bejn il-Bank Pilatus, Konrad Mizzi u Keith Schembri u dawk viċin tagħhom hi ċara. Huma għandhom ikunu arrestati.”

Ara l-kummenti ta' David Casa hawnhekk.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat