David Casa jwieġeb lil Edward Scicluna: tlift il-boxxla

18.07.2018 6:33

David Casa jwieġeb lil Edward Scicluna: tlift il-boxxla

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew qal:

“Edward Scicluna ilu responsabbli mill-FIAU u l-MFSA mill-2013. Ma jista’ jwaħħal ħadd ħlief fih innifsu għall-fatt li dawn l-istituzzjonijiet inħatfu politikament biex jiproteġu lill-kollegi tiegħu fil-kabinett. L-allegazzjoni li l-affarijiet nqalgħu minħabba xi influwenza supernaturali li għandi fi Brussell hi prova ċara ta’ kemm il-Ministru tal-Finanzi jew jinsab fi stat ta’ delużjoni, jew inkella ma jridx jew ma jafx kif se jindirizza l-problemi li għandu. Hi x’inhi r-raġuni, hu ċar li mhux f’pożizzjoni li jnaddaf il-ħmieġ li hu stess ħoloq, u għandu jirriżenja immedjatament.

Konrad Mizzi u Keith Schembri, kollegi fil-Kabinett ta’ Edward Scicluna, inqabdu fil-fatt, involuti f’korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Il-fatti huma ċari għal kulħadd. Żewġ politiċi Maltin riedu jsiru sinjuri malajr minn fuq il-poplu ħabrieki Malti. Biex jagħmlu dan, riedu bank maħmuq (Pilatus), u kumpanija dubjuża (Nexia BT). U meta nqabdu, kellhom bżonn l-awtoritajiet regolatorji biex iħarsu n-naħa l-oħra.

L-istituzzjonijiet tagħna issa jinsabu fil-problemi għaliex ġew kompromessi. Ilhom kompromessi biex ma jieħdux passi kontra l-kollegi fil-kabinett ta’ Edward Scicluna u dawk kompliċi magħhom.

Xogħol Edward Scicluna hu biex jassigura li l-istituzzjonijiet hu li responsabbli minnhom, jiproteġu liċ-ċittadini Maltin, mhux lill-politiċi korrotti. U xogħli hu li nara li xogħlu jagħmlu sew.

Jien se nkompli nwettaq dmiri. Sfortunatament, hu ċar li hu mhux kapaċi jagħmel dan."

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat