Casa jitlob lil bank fid-Dubaj biex jiprovdi informazzjoni u jiftaħ investigazzjoni dwar 17 Black

20.09.2018 9:27

Casa jitlob lil bank fid-Dubaj biex jiprovdi informazzjoni u jiftaħ investigazzjoni dwar 17 Black

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture
Traduzzjoni
Agħżel lingwa oħra:

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa talab lill-Noor Bank li hu bbażat fid-Dubaj biex jiprovdi informazzjoni dwar is-sid ta’ 17 Black.

David Casa qal: “Il-kumpanija rreġistrata d-Dubaj 17 Black kienet, u jista’ jkun għada, klijenta tan-Noor Bank. Il-kontijiet fin-Noor Bank intużaw biex jirċievu fondi li hu ssuspettat li huma marbuta ma’ attività kriminali f’Malti.”

Casa bagħat il-provi tat-trasferimenti tal-flus u rapporti lleakjati mill-aġenzija Maltija ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

“F’April ta’ din is-sena, ġurnalisti internazzjonali ppubblikaw korrispondenzi ta’ email ma’ Mossack Fonseca, li jindikaw li 17 Black kienet se tgħaddi €150,000 kull xahar għal Konrad Mizzi u €150,000 oħra kull xahar għal Keith Schembri. Konrad Mizzi u Keith Schembri huma persuni esposti politikament fl-ogħla livelli tal-Gvern Malti. L-uniku spjegazzjoni plawżibli għal dawn il-fondi hi attività kriminali relatata ma’ tixħim u korruzzjoni.”

David Casa talab lin-Noor Bank biex:

  • jippublika kull informazzjoni marbuta mas-sid ta’ 17 Black u t-trasferimenti li saru minn u lejn 17 Black;
  • iwaqqaf kull relazzjoni ta’ negozju li tista’ tkun għadha għaddejja, u;
  • jassigura li jinbdew investigazzjoni u proċeduri kriminali fl-Emirati Għarab Magħquda.

“Il-poplu Malti għandu d-dritt li jkun jaf minn fejn u għalfejn kienu qed isiru dawn it-tranżazzjonijiet,” qal Casa.

Nota lill-edituri

Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew b'219 Membru minn 28 Stat Membru.

Kontenut relatat