L-MEPs tal-Partit Laburista iżolati - se jibqgħu parti mill-grupp tas-Soċjalisti li qed jaħdem kontra l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi?

14.12.2017 9:57

L-MEPs tal-Partit Laburista iżolati - se jibqgħu parti mill-grupp tas-Soċjalisti li qed jaħdem kontra l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi?

Avviż importanti

Il-pożizzjonijiet hawnhekk huma tad-delegazzjoni nazzjonali u mhux bilfors dejjem jirriflettu l-pożizzjoni tal-Grupp.

Filmat picture

L-aħħar sessjoni plenarja għas-sena 2017 kkonfermat kemm l-MEPs tal-Partit Laburista Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi - biex jiddefendu lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi - spiċċaw iżolati mhux biss fil-Parlament Ewropew, iżda anke fil-Grupp tas-Soċjalisti li sa issa għadhom jiffurmaw parti minnu. Fil-fatt, Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi issa għandhom jgħidu jekk mill-lum ‘il quddiem, hux se jibqgħu parti mill-grupp tas-Soċjalisti li qed jaħdem kontra l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi

Ilbieraħ, l-MEPs tal-Partit Laburista kellhom għażla: jew jiddefendu lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin, jew jiddefendu lil Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Sant, Dalli u Mizzi għażlu li jinjoraw l-interessi tal-poplu Malti u baqgħu jiddefendu l-indifensibbli. 

Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi fallew. Fallew biex jikkonvinċu l-MEPs li Malta mhix tax haven. La kienu kapaċi jikkonvinċu lill-MEPs tal-Partit tagħhom stess, u wisq anqas lill-MEPs tal-gruppi l-oħra. Kemm ilu li ġie żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers, l-MEPs tal-Partit Laburista - li dejjem baqgħu jiddefendu l-kumpaniji sigrieti fil-Panama - spiċċaw irrelevanti.

Minn naħa tagħna, se nibqgħu niddefendu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll ninsistu li tingħata l-protezzjoni lill-whistleblowers u tiġi assigurata l-libertà tal-espressjoni. 

L-attentat tal-Partit Laburista biex jiprova jiddevja mill-iżolament u l-falliment tal-MEPs tiegħu hu tassew patetiku u surreali.

Kontenut relatat