committee

Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel

Nibnu Ewropa sostenibbli

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tingħata prijorità fuq l-aġenda tagħna. F'termini prattiċi, qed nippromwovu l-isforzi kondiviżi tal-Istati Membri tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, inkluż dawk madwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija. Qed niffokaw ukoll fuq l-għoti ta' spinta lill-ekonomija ċirkolari u fuq ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart.

Minbarra li nindirizzaw il-kwistjonijiet ambjentali, nittrattaw ukoll is-saħħa pubblika, nippromwovu l-programmi u l-azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-prodotti farmaċewtiċi u kożmetiċi.

Fl-aħħar nett, il-Grupp tal-PPE impenja ruħu li jiżgura s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini Ewropej. Aħna ħdimna biex ikun hemm tikkettar ċar u nkomplu nippromovu s-sikurezza tal-oġġetti tal-ikel, il-leġiżlazzjoni veterinarja li tipproteġi kontra r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-kontrolli tas-saħħa pubblika fuq il-prodotti tal-ikel u s-sistemi ta' produzzjoni tal-ikel.

Kontenut relatat