committee

Drittijiet tan-Nisa u Ugwaljanza bejn is-Sessi

Neliminaw id-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru

Il-kumitat għandu rwol vitali fid-definizzjoni, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa u lil hinn permezz ta’ politiki rilevanti dwar opportunitajiet indaqs. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fis-suq tax-xogħol u l-iżgurar ta’ trattament ġust fuq ix-xogħol bil-promozzjoni ta’ “bilanċ xogħol-ħajja privata” tajjeb bejn ix-xogħol professjonali u l-ħin tal-familja kif ukoll bl-implimentazzjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol flessibbli li joffru tipi differenti ta’ liv jew aċċess għal faċilitajiet ta’ kura.

Barra minn hekk, il-kumitat jiffoka fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-setturi kollha tal-politika tal-UE, inkluż l-edukazzjoni, b’enfasi speċjali fuq l-STEM, l-ICT u s-settur diġitali. Ifittex ukoll li jsaħħaħ il-potenzjal tan-nisa fiż-żoni rurali, jistimula l-intraprenditorija tan-nisa u jittratta kwistjonijiet relatati mal-benessri u s-saħħa tan-nisa.

Il-Grupp PPE huwa impenjat li jiżgura li kull mara jkollha l-opportunità li tmexxi ħajja ambizzjuża u sodisfaċenti. Il-prijoritajiet tagħna jiffukaw fuq l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa, inklużi l-iżvilupp tal-indipendenza ekonomika, il-ħiliet diġitali u l-ħiliet intraprenditorjali. Aħna nistinkaw biex neliminaw id-differenza fil-pagi bejn is-sessi filwaqt illi niżguraw il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol, niġġieldu kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inkluża dik domestika, u neliminaw id-distakk diġitali bejn is-sessi.

Barra minn hekk, aħna nirrakkomandaw il-promozzjoni tal-istrateġija Ewropea għall-kura biex niżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja.

A woman smiles at the camera