Dwarna

 

EPP Group Logo

 

Kommessi li noħolqu Ewropa aktar b’saħħitha

Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (il-Grupp tal-PPE) huwa l-akbar u l-eqdem grupp fil-Parlament Ewropew. L-għeruq tagħna jmorru lura għall-fundaturi tal-Ewropa - Robert Schuman, Alcide de Gasperi u Konrad Adenauer - u l-Membri tagħna ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-Ewropa.

Bħala grupp taċ-ċentru lemin, aħna kommessi li noħolqu Ewropa aktar b’saħħitha, mibnija fuq in-nies. Wara kollox, l-ekonomija magħmula minn nies, u l-popli Ewropej huma l-akbar ekonomija fid-dinja.

L-għan tagħna hu li noħolqu Ewropa aktar kompetittiva u demokratika, fejn in-nies jistgħu jgħixu l-ħajja li jridu. Irridu nagħtu lil kulħadd ċans ugwali biex jirnexxi, inkluż negozji tal-familja, negozji żgħar, innovaturi, investituri, riċerkaturi, xjentisti, u self-employed, fost l-oħrajn. Bl-istess mod, irridu nipprovdu xibka ta’ sigurtà għal kull min qed ibati.

Aħna naraw il-kontinent Ewropew bħala post fejn in-nies jivvjaġġaw, jagħmlu n-negozju, jinvestu, jitgħallmu minn xulxin, jixtru, ibiegħu, jikkollaboraw u jaħdmu flimkien. U int?

Eletti lokalment biex nirrapreżentaw l-interessi tiegħek fl-Ewropa

Bħall-Membri kollha tal-Parlament Ewropew (MEPs), l-Membri tal-Grupp tal-PPE huma eletti lokalment mill-votanti fl-Istati Membri biex jirrappreżentaw l-interessi tan-nies f’temi ta’ politika u dawk leġislattivi fuq livell Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma organizzati skont l-affiljazzjoni politika u mhux skont il-pajjiż, u jistgħu jkunu membri biss ta’ grupp politiku wieħed. Il-Grupp tal-PPE huwa l-akbar fost it-tmien gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.

Il-Membri li eleġġejtu qegħdin hemm biex jirrappreżentaw l-interessi nazzjonali tagħkom fuq livell Ewropew, ggwidati mill-pożizzjoni ġenerali tal-Grupp tal-PPE.

 

Dak li nemmnu

Il-Baġit, l-Agrikoltura u l-Fondi Reġjonali

IL-POŻIZZJONI TAGĦNA DWAR BIEX NIRNEXXU

L-Intern u l-Affarijiet Legali

IL-POŻIZZJONI TAGĦNA DWAR BIEX NIRNEXXU

L-ekonomija, l-impjiegi u l-ambjent

IL-POŻIZZJONI TAGĦNA DWAR BIEX NIRNEXXU